Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Se ssir it-tielet edizzjoni tal-Mixegħla tal-Qaddisin f’Għawdex

pr221443
Date Icon 22/10/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda t-tielet edizzjoni tal-Mixegħla tal-Qaddisin. Diversi parroċċi madwar Għawdex ta' kull sena jieħdu sehem f'din l-attività mill-isbaħ mifruxa ma' Għawdex kollu għall-Festa tal-Qaddisin, fejn permezz ta' eluf ta' xemgħat jinħolqu immaġini artistiċi, f'ambjent mill-isbaħ li kapaċi joħloq id-dawl tax-xemgħa.

Nhar il-Ħadd 30 ta' Ottubru, mis-6pm 'l quddiem, installazzjonijiet magħmulin minn eluf ta' xemgħat se jieħdu forma relatata mal-Qaddis Patrun tal-post u se jkunu mpoġġija fuq iz-zuntier jew il-pjazza tal-lokalitajiet f'Għawdex.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li “L-attivitajiet kulturali li qed intellgħu fil-gżira Għawdxija qegħdin jiġbdu mijiet ta' familji u viżitaturi u dan jawgura tajjeb għall-għan tagħna li mhux biss inżommu l-kultura tal-gżira tagħna ħajja iżda li nkomplu nagħmlu lil Għawdex destinazzjoni għal matul is-sena kollha b'attivitajiet li jolqtu lil kulħadd."

Huwa temm billi rringrazzja lid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li f'kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta' Għawdex ħadem sabiex dan l-avveniment għal sena oħra seta' jkun possibbli.

pr221443b

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Se ssir it-tielet edizzjoni tal-Mixegħla tal-Qaddisin f’Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow