Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: €1,081 miljun f’fondi biex jissaħħu l-investimenti nazzjonali

pr221439
Date Icon 21/10/2022

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Programm Nazzjonali ta’ Malta għall-Fond tal-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, Fond ta’ Koeżjoni u Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta għas-snin 2021-2027.

B’din l-approvazzjoni, pajjiżna se jkollu fondi ta’ €1,081 miljun biex jissaħħu l-investimenti nazzjonali f’setturi importanti għall-pajjiż, fosthom fl-iżvilupp soċjoekonomiku. 

Fost l-oħrajn, dawn il-fondi se jgħinu biex wara l-pandemija jitwettqu proġetti relatati mar-riċerka u mal-innovazzjoni, tkabbir tas-settur kummerċjali, kif ukoll proġetti fuq l-infrastruttura diġitali mis-settur pubbliku u privat, fejn il-pandemija urietna l-importanza tad-diġitalizzazzjoni biex ikollna kontinwità fl-ekonomija waqt kriżijiet internazzjonali u b’hekk ikun hemm irkupru b’saħħtu. 

Se jitwettqu wkoll, grazzi għal dan il-programm, proġetti oħrajn fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tat-turiżmu. Minn din l-allokazzjoni, se tingħata prijorità lil Għawdex fosthom biex isiru investimenti li filwaqt li jħarsu l-identità u l-ambjent tal-gżira Għawdxija, jgħinu fl-iżvilupp soċjoekonomiku. 

Il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropew u Artijiet, Silvio Schembri qal li din hija aħbar tajba għal Malta. “Dawn il-fondi se jkunu qed jintużaw biex inkunu nistgħu nwettqu numru ta’ proġetti u investimenti bl-għan li nkomplu nżidu l-iżvilupp soċjoekonomiku f’pajjiżna. Matul is-snin grazzi għall-fondi Ewropej rajna proġetti importanti f’diversi oqsma minn infrastruttura, għall-edukazzjoni, għas-saħħa. Dawn il-fondi wkoll se nkunu qed nużawhom biex nimplimentaw proġetti importanti li jwasslu biex inkomplu nsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett laqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u sostna li jħares ’il quddiem biex fix-xhur li ġejjin pajjiżna jibda jimplimenta l-proġetti u l-investimenti li l-gvern innegozja mal-Kummissjoni Ewropea.

“Dan il-programm ambizzjuż se jgħin biex jinħoloq aktar impetus ekonomiku permezz ta’ investimenti li se jitwettqu minn dawn il-fondi u b’hekk il-Gvern Malti jkompli jimplimenta l-viżjoni tiegħu għal-pajjiż għas-snin li ġejjin,” qal Dr Chris Bonett. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow