Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Workshops b’attivitajiet extrakurrikulari għaż-żgħażagħ, minn Aġenzija Żgħażagħ

pr221438
Date Icon 21/10/2022

Aġenzija Żgħażagħ organizzat b’suċċess numru ta’ workshops differenti bl-isem ta’ ‘Create your Shape – Discover your Potential’ bil-għan li ż-żgħażagħ jitħarrġu f’abbiltajiet extrakurrikulari filwaqt li jiskopru talenti differenti li għandhom. Diversi żgħażagħ minn diversi għaqdiet attendew għal dawn l-attivitajiet sabiex jiskopru vokazzjonijiet mhux akkademiċi. Iż-żgħażagħ preżenti qasmu l-esperjenzi tagħhom u kkollaboraw biex kabbru aktar l-għarfien tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq dwar l-importanza ta’ attivitajiet simili għaż-żgħażagħ sabiex jespandu t-talenti tagħhom u jemmnu aktar fihom infushom. Huwa qal li l-gvern qed juri bil-fatti li jemmen fiż-żgħażagħ bħala l-futur ta’ pajjiżna u se jkompli jinvesti fihom. 

“L-edukazzjoni ma tiqafx fil-bankijiet tal-iskola, iżda huwa importanti ferm li ż-żgħażagħ tagħna jkomplu jitħarrġu f’suġġetti extrakurrikulari bħal dawn li saru llum minn Aġenzija Żgħażagħ”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

Tkellmet ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Theuma u spjegat li Aġenzija Żgħażagħ trid tkun minn ta’ quddiem biex tagħti appoġġ liż-żgħażagħ lokali. “L-aġenzija qiegħda dejjem tikber bis-sehem tal-għaqdiet taż-żgħażagħ, mhux biss b’inizjattivi ġodda li twettaq, iżda b’mod partikolari billi tisma’ x-xewqat ta’ dawn iż-żgħażagħ li tant jistgħu jagħtu lill-pajjiż.” 

Hija tenniet li attivitajiet simili huma importanti ferm biex jagħtu fiduċja liż-żgħażagħ li għalkemm forsi ma jħossuhomx komdi fi studji akkademiċi, xorta waħda għandhom potenzjal kbir li jkollhom suċċess fil-futur.

Il-kampanja ‘Create your Shape – Discover your Potential’ minn Aġenzija Żgħażagħ se tkompli għaddejja b’riklamar fuq il-mezzi tax-xandir, il-midja soċjali u anke f’postijiet oħra pubbliċi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Workshops b’attivitajiet extrakurrikulari għaż-żgħażagħ, minn Aġenzija Żgħażagħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Workshops b’attivitajiet extrakurrikulari għaż-żgħażagħ, minn Aġenzija Żgħażagħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Workshops b’attivitajiet extrakurrikulari għaż-żgħażagħ, minn Aġenzija Żgħażagħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Workshops b’attivitajiet extrakurrikulari għaż-żgħażagħ, minn Aġenzija Żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow