STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Laqgħa mal-awditur ġenerali tal-Kroazja
L-Ispeaker Anġlu Farrugia laqa’ lis-Sur Ivan Klesic, Awditur Ġenerali tal-Kroazja, li kien qed fuq żjara ta’ jumejn f’Malta.
Is-Sur Klesic spjega kif jaħdem l-Uffiċċju tal-Verifika tal-Kroazja, u r-relazzjoni li għandu mal-Parlament tal-Kroazja. Huwa qal ukoll li l-uffiċċju tiegħu jikkopera b’mod regolari ma’ awdituri ġenerali oħra Ewropej, kif ukoll mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Min-naħa tiegħu, l-Ispeaker Farrugia tkellem dwar il-fatt li fis-sistema Maltija, li hija mibnija fuq is-sistema tal-Commonwealth, l-awditur ġenerali huwa uffiċjal tal-parlament u maħtur bil-voti taż-żewġ terzi tal-Kamra. Huwa żied li riżultat ta’ dan, l-awditur isib il-protezzjoni tal-ispeaker fejn ikun hemm il-bżonn. L-Ispeaker Farrugia spjega wkoll kif il-Parlament Malti kien strumentali fl-2015 sabiex titwaqqaf l-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Kumitati dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Commonwealth.
Iż-żewġ naħat irrimarkaw li l-fatt li kemm il-Kroazja u Malta huma pajjiżi żgħar fl-Unjoni Ewropea li għandhom diversi fatturi in komuni, jgħin biex tkun faċilitata l-koperazzjoni kemm fuq livell ta’ pajjiż u anke ta’ istituzzjonijiet.
Għal din il-laqgħa, is-Sur Klesic kien akkumpanjat mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara u mid-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f’Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946