Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jibda żjara fil-Kosovo

pr221430
Date Icon 21/10/2022

Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta dalgħodu għal żjara fil-Kosovo, fejn se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Kosovo, Vjosa Osmani-Sadriu. 

L-impenji tal-President Vella fil-Kosovo se jinkludu wkoll laqgħat separati mal-Prim Ministru Albin Kurti u mal-Ispeaker tal-Parlament, Glauk Konjufca.

Fuq stedina tal-President Osmani-Sadriu, is-Sibt filgħodu l-President Vella se jindirizza l-ewwel edizzjoni tal-Women, Peace, and Security Forum: Partnerships for Sustainable Peace. 

Sakemm il-president ikun il-Kosovo, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-president u d-delegazzjoni Maltija mistennija jaslu lura Malta nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, kmieni waranofsinhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow