Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-perjodu għar-riċerka fuq is-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana jiftaħ għada taħt kundizzjonijiet strettament sorveljati

pr221423_
Date Icon 19/10/2022

Il-Gvern, wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-proġett ta' riċerka fuq is-seba' speċi tal-għasafar tal-għana mill-20 ta' Ottubru sal-20 ta' Diċembru 2022, iż-żewġ dati inklużi.

Din is-sena, kull min se jipparteċipa fil-proġett ta' riċerka fuq l-għasafar tal-għana se jkun:

  • Obbligat jirrapporta kull għasfur tal-għana maqbud (speċi u ammont) immedjatament malli jħarrabhom lura fis-selvaġġ billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile reġistrat f'ismu, jew billi juża l-mobile app 'Game Reporting MT'. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma;
  • Obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket jekk jaqbad għasfur tal-għana b'ċurkett xjentifiku;
  • Kull għasfur li jaqbad li għandu ċurkett xjentifiku għandu wkoll jiġi rrapportat dakinhar stess kif spjegat fil-liċenzja speċjali;
  • Imħeġġeġ jieħu filmat qasir fejn juri l-għasafar tal-għana qedin jitħarrbu mill-istess post minn fejn inqabdu kif spjegat fil-liċenzja speċjali;
  • Jirrapporta r-research effort kull meta jieħu sehem fil-proġett ta' riċerka u ma jkunx qabad għasafar tal-għana billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Deroga għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera 2022

Il-Gvern, wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-istaġun għall-insib tal-malvizz mill-20 ta' Ottubru 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022, iż-żewġ dati inklużi, u għall-pluviera mill-1 ta' Novembru 2022 sal-10 ta' Jannar 2023, iż-żewġ dati inklużi, bi kwota nazzjonali ta' 5,000 malvizz u 700 pluviera.

 Kull min huwa liċenzjat li jonsob għall-malvizz u l-pluviera se jkun:

  • Obbligat jirrapporta immedjatament kull malvizz u pluviera li jaqbad billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew billi juża l-mobile app 'Game Reporting MT'. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma;
  • Jekk jaqbad malvizz jew pluviera b'ċurkett xjentifiku, obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket li hija inkluża mal-liċenzja speċjali u maħruġa f'isem il-persuna bil-liċenzja;
  • Jirrapporta l-effort tal-insib (trapping effort) kull meta jmur jonsob u ma jaqbadx mlievez jew pluvieri billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew juża l-mobile app 'Game Reporting MT', kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta' messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex wieħed isegwi, u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow