Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila

pr221410
Date Icon 17/10/2022

Ottubru huwa marbut mat-twelid u mal-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm, li twieled f'Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta' Ottubru 1871 u miet f'San Ġiljan nhar it-13 ta' Ottubru 1961. 

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien ma' rappreżentanti tal-Kumitat Festi Nazzjonali, l-Akkademja tal-Malti u għaqdiet oħra, sellmu lill-poeta nazzjonali b'ċerimonja ta' tqegħid ta' fjuri fuq il-mafkar tal-poeta fil-Furjana.

Waqt iċ-ċerimonja, indaqq ukoll l-innu Malti li din is-sena timmarka ċ-ċentinarju tiegħu.

“Il-poeta nazzjonali Dun Karm kien forza importanti biex Malta minn ġens saret nazzjon, mhux biss bit-tħaddim tal-lingwa Maltija imma anke għall-messaġġi b'saħħithom li kien jgħaddi. Grazzi għall-poeta nazzjonali, aħna bħala poplu esprimejna bl-aqwa mod l-ambizzjoni tagħna għall-identità tagħna," qal il-Ministru Owen Bonnici.

L-innu Malti ġie mfakkar ukoll fit-13 ta' Ottubru 2022 fejn Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, flimkien mal-Akkademja tal-Malti, fakkar il-poeta nazzjonali permezz ta' serata kommemorattiva li ttellgħet taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta George Vella, bit-tema 'L-Innu Malti – 100 sena', fil-Palazz ta' Sant'Anton, Ħ'Attard.

Din is-serata ser tixxandar fuq il-paġna ta' Facebook ta' Festivals Malta u dik tal-Akkademja tal-Malti nhar it-Tnejn 17 ta' Ottubru, 2022 fit-8:30pm.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow