STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr221403
17/10/2022
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq Donia Baldacchino, Triq Ġeraldu Vella, Triq Grezzju Pace, Triq Nikola Mangion, Triq Ramija, Triq Santa Margerita, Triq is-Siġġiewi u Triq iż-Żerniq, is-Siġġiewi
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta' Ottubru, 2022, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-14 ta' Ottubru, 2022.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946