Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr221392
Date Icon 14/10/2022

Il-Prim Ministru Robert Abela jinnota s-sentenza tal-Qorti Kriminali li ngħatat illum u li permezz tagħha żewġ persuni oħra ġew misjuba ħatja għall-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, u kkundannati għal erbgħin sena priġunerija kull wieħed.

Dan hu pass importanti ieħor lejn ġustizzja f'dan il-każ, li hu tebgħa sewda fl-istorja ta' pajjiżna.

Wara s-sentenza tal-lum, issa hemm tliet persuni misjuba ħatja u kkundannati b'piena ta' priġunerija dwar dan il-qtil. Filwaqt li tliet persuni oħra għad irid jibda l-ġuri tagħhom.

Il-prim ministru jerġa' jtenni l-impenn ċar tal-gvern li jkun hemm ġustizzja mal-familja Caruana Galizia u mal-poplu kollu.

Il-prim ministru jrodd ħajr lill-awtoritajiet kollha li ħadmu u qed ikomplu jaħdmu bil-għan li ssir ġustizzja sħiħa f'dan il-każ.

Awtoritajiet, li se jibqgħu jsibu lill-gvern ta' sostenn fil-ħidma tagħhom.

Fl-istess ħin il-gvern se jkompli ukoll b'riformi importanti li jsaħħu s-saltna tad-dritt u l-qafas demokratiku ta' pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow