Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta stabbilita bħala aġenzija

PR221391
Date Icon 14/10/2022

L-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) mil-lum se tkun qed tibda topera bħala aġenzija skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u dan minflok il-forma ta' kumpanija li kienet topera biha sa issa.

Għal dan il-għan, permezz ta' Avviż Legali li ġie ppubblikat illum fl-edizzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta issa ġiet stabbilita bħala aġenzija, bid-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom aġenziji li jitwaqqfu taħt il-liġi msemmija.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega li permezz ta' din il-bidla, dan il-gvern qiegħed ikompli juri l-impenn tiegħu lejn l-eċċellenza fil-mużika u l-kultura, bl-għan ewlieni li jibqa' li tkompli tittejjeb il-kwalità tal-Orkestra Nazzjonali.

“Dan iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li l-Orkestra Filarmonika ta' Malta hija parti essenzjali mill-kultura lokali u l-eżistenza tagħha tirrifletti komunità kulturalment rikka u vibranti", kompla jgħid il-Ministru Bonnici.  Huwa qal li issa li l-MPO se jkollha struttura ta' aġenzija, l-istess orkestra se tkun tista' tiffunzjona b'mod aħjar u b'mod li iktar jagħmel sens għaż-żminijiet tal-lum.

Iċ-Chairman tal-MPO Alfred Camilleri qal li l-Orkestra Nazzjonali tirrappreżenta l-eċċellenza mużikali f'pajjiżna u għandha d-dmir li tarrikkixxi l-ekoloġija kulturali ta' Malta.

“Dan il-qafas legali se jirrifletti aħjar il-missjoni tal-MPO waqt li jixpruna aktar il-kontribut li toffri lis-soċjetà tagħna, anki fid-dawl tal-fatt li qiegħda tikkollabora b'mod aktar frekwenti ma' entitajiet u festivals lokali", temm jgħid is-Sur Camilleri.

Il-Kap Eżekuttiv Sigmund Mifsud qal li bħala aġenzija, l-MPO tista' tkompli tkattar l-iżvilupp artistiku billi tinvesti aktar f'inizjattivi bħall-MPO Academy, l-MPO Internship Programme, u l-Malta Youth Orchestra, kif ukoll fi proġetti edukattivi bħal l-Investigaturi tal-Mużika.

“Filwaqt li se nibqgħu naħdmu biex nesponu t-talent lokali b'mod internazzjonali, kif ġara bl-album Contemporary Colours, l-MPO hija kommessa li tkompli tagħti l-kontribut tagħha lejn is-settur kulturali lokali", temm jgħid l-Mro. Mifsud.

L-Orkestra Filarmonika ta' Malta kienet twaqqfet fl-1968 bħala l-Orkestra tat-Teatru Manoel. Fl-1997, l-orkestra, bl-isem ta' Orkestra Nazzjonali ta' Malta, saret orkestra indipendenti li bdiet topera fil-forma ta' kumpanija.  Fl-2008 l-Orkestra espandiet għal orkestra sinfonika full-size u sar jisimha l-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Bil-pass tal-lum, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta issa se tkun qed topera bl-istruttura ta' aġenzija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow