Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Il-Ministru Attard jattendi għall-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

PR221388
Date Icon 14/10/2022

“It-taħriġ ġudizzjarju mhuwiex biss importanti għall-iżvilupp kontinwu tal-kompetenza ġudizzjarja iżda huwa effettivament wieħed mill-pedamenti fit-titjib tal-kwalità tal-ġustizzja. Dan jgħin fit-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, kif ukoll fiż-żieda tal-fiduċja reċiproka fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera."

Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard waqt li kien qiegħed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu. Waqt dan il-kunsill ġew diskussi diversi suġġetti tal-ogħla prijorità fuq l-aġenda Ewropea fosthom it-taħriġ tal-ġudikatura u r-rispons ġudizzjarju għar-reati li qed jiġu mwettqa fil-kunflitt bejn ir-Russi u l-Ukreni.

Waqt il-laqgħa, il-Ministru Attard esprima l-impenn tal-Gvern Malti fit-taħriġ tal-ġudikatura – l-istess impenn sar fil-manifest elettorali li llum huwa l-pjan ta' ħidma. Il-Ministru Attard spjega li ll-Kumitat dwar l-Istudji Ġudizzjarji qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna f'dan il-qasam tant li fl-aħħar sena l-membri tal-ġudikatura attendew numru konsiderevoli ta' korsijiet, seminars, u konferenzi ta' kwalità.

Il-Ministru Attard kellu wkoll numru ta' diskussjonijiet informali fejn seta' jiġi nnotat l-interess li hemm għar-riformi li qed jaħdem fuqhom il-Gvern Malti, inkluż dik marbuta mal-media u l-ġurnaliżmu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Il-Ministru Attard jattendi għall-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Il-Ministru Attard jattendi għall-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow