Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Milħuq tragward ieħor fl-avjazzjoni: Tibda topera Eurowings Europe Limited

pr221381
Date Icon 13/10/2022

20 ajruplan se jkun reġistrat sa April 2023

Wara t-twaqqif tal-kumpanija ġdida f’Malta aktar kmieni din is-sena, Eurowings Europe Ltd issa rċeviet l-Air Operator’s Certificate (AOC) tagħha mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili (CAD) fi ħdan Transport Malta (TM).

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ TM il-Brigadier Jeffrey Curmi, id-Direttur tal-CAD il-Kaptan Charles Pace, u d-Direttur Maniġerjali ta’ Eurowings Europe Limited, Stefan Beveridge.

L-ewwel titjira ta’ Eurowings Europe Limited hija skedata għat-3 ta’ Novembru 2022.

Il-Ministru Farrugia qal li jinsab kburi jara lil din il-linja tal-ajru, Eurowings Europe Limited, tikber u tirnexxi, flimkien mal-kumplament tal-industrija tal-avjazzjoni li kompliet tissaħħaħ f’Malta u fl-Ewropa, anke jekk fi żminijiet ta’ sfida. 

“Il-futur jidher sabiħ għall-avjazzjoni f’Malta hekk kif qed nesperjenzaw tkabbir b’saħħtu. Sas-sena d-dieħla, huwa mistenni li jkun hemm aktar minn 800 ajruplan reġistrat f’pajjiżna. Id-diversi żviluppi riċenti tagħna f’dan is-settur se jkompli jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ekonomija tagħna hekk kif se jkomplu jiġġeneraw aktar impjiegi,” tenna l-Ministru Farrugia. 

Il-Kaptan Pace rringrazzja lit-tim tal-CAD immexxi mill-Ing. Connie Di Cesare, lil Stefan Beveridge u t-tim li ħadem fuq dan il-proġett.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Maniġerjali ta' Eurowings Europe Ltd Stefan Beveridge qal li jinsabu sodisfatti li ngħataw AOC għal-linja tal-ajru l-ġdida Eurowings Europe Ltd. Huwa sostna li dan ikompli jagħtihom spinta ’l quddiem hekk kif qed ikomplu t-tkabbir tagħhom fis-suq Ewropew.

“Il-ftuħ tagħna f’Malta se jgħinna nnaqqsu l-kumplessità għall-ħaddiema tagħna hekk kif dawn jinsabu bbażati f’diversi bażijiet madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, il-qafas ekonomiku u regolatorju ta’ Malta se jippermettilna nidħlu fi swieq ġodda filwaqt li nkomplu nkunu kompetittivi fl-industrija tagħna. Fuq kollox, dan ifisser bidu ġdid għat-tim kollu ta’ Eurowings Europe. Nixtiequ nirringrazzjaw lit-tim tal-CAD fi ħdan TM u lill-awtoritajiet Maltin għall-fiduċja u l-appoġġ tagħhom. Inħarsu ’l quddiem biex inkomplu naħdmu flimkien mill-qrib fil-futur,” temm jgħid is-Sur Beveridge.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Milħuq tragward ieħor fl-avjazzjoni: Tibda topera Eurowings Europe Limited
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Milħuq tragward ieħor fl-avjazzjoni: Tibda topera Eurowings Europe Limited
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Milħuq tragward ieħor fl-avjazzjoni: Tibda topera Eurowings Europe Limited
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow