Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Għeluq tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta - Ottubru 2022

pr221374
Date Icon 12/10/2022

It-Teżor iħabbar li minħabba d-domanda qawwija li kien hemm mill-membri tal-pubbliku għall-Istocks tal-Gvern ta' Malta fil-ħruġ ta' Ottubru 2022, l-offerta ingħalqet fis-2:30 pm tal-Erbgħa 12 t'Ottubru 2022.  L-ammont ta' sottoskrizjonijiet fl-Istocks mill-membri tal-pubbliku kien ta' ftit anqas minn €300 miljun. It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid l-ammont sa massimu ta' €100 miljun sabiex l-ammont li għandu jiġi allokat jiżdiedsa massimu ta' €300 miljun. 

F'dan il-rigward, l-irkant li kellu jsir nhar il-Ġimgħa 14 t'Ottubru 2022 f'nofsinhar tħassar peress li ma kienx għad fadal ammont sostanzjali x'jiġi irkantat. L-applikazzjonijiet kollha mill-membri tal-pubbliku li huma konformi mat-termini taċ-Ċirkolari tal-Offerta u l-Prospett Ġenerali ser jiġu aċċettati kollha.

It-Teżor ser iniedi ħruġ ieħor ta' Stock tal-Gvern ta' Malta f'nofs Novembru 2022.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow