STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr221348
10/10/2022
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi, fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali, tavża lir-residenti ta’:
Triq San Mikiel, L-Iklin;
Triq il-Merill, Il-Mosta; u
Triq Vivion, Santa Venera,
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ Ottubru, 2022, u jidher ukoll fuq is-sit web tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet”. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mis-7 ta’ Ottubru, 2022.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946