Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-arkeoloġija ta’ Għawdex fil-Medjuevu taħt il-lenti f’wirja

pr221346
Date Icon 09/10/2022

Wirja li tiffoka fuq l-arkeoloġija ta' Għawdex fil-Medjuevu għadha kemm tnediet fil-Ministeru għal Għawdex, fejn se tibqa' miftuħa sa tmiem dan ix-xahar. Din il-wirja tnediet mil-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Fl-inawgurazzjoni tal-wirja f'Għawdex, il-Ministru Owen Bonnici qal kif din il-wirja hija turija ċara tar-riżultat mill-aqwa ta' kollaborazzjoni mill-qrib bejn żewġ mużewijiet ta' Heritage Malta, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u l-Mużew tal-Arkeoloġija ta' Għawdex. “Din il-wirja qed tittella' bl-għan li tkattar l-apprezzament tal-pubbliku lejn il-wirt medjevali ta' pajjiżna hekk kif minn dejjem inħasset l-importanza ta' investiment f'wirjiet bħal dawn", temm jgħid Dr Bonnici.

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, qal li kollaborazzjonijiet bħal dawn huma importanti ferm biex il-wirt storiku jkun jista' jitgawda mill-pubbliku. Camilleri spjega, “Il-wirt storiku li għandna f'pajjiżna jgħinna nkomplu nattiraw it-turisti lejn il-gżejjer tagħna u għalhekk inħarsu 'l quddiem għal aktar kollaborazzjoni."

Nathaniel Cutajar, Kuratur Prinċipali fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, qal li din il-wirja tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku lejn l-elf sena tal-Medjuevu Għawdxi, li għadhom misterjużi. Fil-fatt ma jeżistix tagħrif fiċ-ċert dwar Għawdex qabel nofs is-seklu 13. Minn hemm 'il quddiem, titfaċċa informazzjoni sporadika iżda din hija limitata biss għal ċerti aspetti tal-ħajja soċjali. Wara l-invażjoni drammatika tal-1551, Għawdex tilef għal dejjem ħafna mill-arkivji medjevali u mill-wirt artistiku tiegħu, bħallikieku elf sena ta' storja tħassru mir-rikordju nazzjonali. L-arkeoloġija għalhekk għandha sehem importanti biex jimtlew partijiet minn dan il-vojt.

Il-wirja, Gżira fi Tranżizzjoni – 700 sa 1700AD: L-Arkeoloġija ta' Għawdex fil-Medjuevu, kienet ġiet inawgurata għall-ewwel darba f'Ottubru tas-sena li għaddiet fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, fejn ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku ġenerali u ta' esperti fil-qasam. Apparti l-kollaborazzjoni taż-żewġ mużewijiet tal-arkeoloġija, kienet ta' benefiċċju wkoll il-kollaborazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u tal-Kunsill Lokali Ta' Sannat.

Gżira fi Tranżizzjoni – 700 sa 1700AD: L-Arkeoloġija ta' Għawdex fil-Medjuevu tagħti ħarsa lejn il-wirt medjevali ta' Għawdex minn perspettiva arkeoloġika. Din hija t-tieni wirja fis-sensiela dwar Malta Medjevali. L-ewwel wirja kienet dwar l-arkeoloġija ta' Malta fi Żmien id-Dlam (mis-seklu 9 sas-seklu 10 W.K. Id-dħul għall-wirja hu bla ħlas. Il-viżitaturi jistgħu jixtru librett li ġie ppubblikat fl-okkażjoni ta' din il-wirja. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:30am sal-4:00pm (l-aħħar dħul fit-3:30pm); is-Sibt u l-Ħadd mid-9:00am sas-1:00pm.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-arkeoloġija ta’ Għawdex fil-Medjuevu taħt il-lenti f’wirja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-arkeoloġija ta’ Għawdex fil-Medjuevu taħt il-lenti f’wirja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-arkeoloġija ta’ Għawdex fil-Medjuevu taħt il-lenti f’wirja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow