Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ministru għall-anzjanità attiva f’konferenza fl-Indja

pr221345
Date Icon 08/10/2022

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mas-Segretarju Permanenti Christine Schembri jinsabu f'Chennai, fl-Indja, għal żjara uffiċjali ta' koperazzjoni.

Bħalissa jinsabu fl-istat ta' Tamil Nadu fejn kellhom diversi laqgħat fosthom mal-Ministru tas-Saħħa, Affarijiet Familjari u l-Anzjanità MA. Subramaniam, id-Direttur tal-Indian Administrave Service Dr Mahesvaran, u awtoritajiet oħra.

F'dawn il-laqgħat ġiet diskussa koperazzjoni u ħidma flimkien bejn Malta u l-Indja f'dik li għandha x'taqsam il-kura tal-anzjani u r-riżorsi umani neċċessarji. Saru wkoll diskussjonijiet dwar il-liċenzjar fl-industrija tal-farmaċewtika u apparat mediku. Minbarra dan, il-Ministru Abela attenda wkoll għall-ewwel konferenza internazzjoni tar-Royal College of Surgeons of Edinburgh dwar l-impatt tal-Covid-19 fuq il-kura kirurġika u l-irkupru mill-pandemija.

Matul din il-konferenza, il-Ministru Jo Etienne Abela, fil-kapaċità tiegħu ta' International College Tutor, iddiskuta l-potenzjal ta' Malta li ssir ċentru għall- pajjiżi fil-Mediterran għat-tagħlim u l-eżamijiet fil-kirurġija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ministru għall-anzjanità attiva f’konferenza fl-Indja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ministru għall-anzjanità attiva f’konferenza fl-Indja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ministru għall-anzjanità attiva f’konferenza fl-Indja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ministru għall-anzjanità attiva f’konferenza fl-Indja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow