Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Irlanda

pr221338
Date Icon 07/10/2022

Il-President George Vella laqa’ lill-President tal-Irlanda Michael D. Higgins għal taħditiet uffiċjali fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Din il-laqgħa bilaterali segwiet id-diskussjonijiet mal-kapijiet ta’ stat mhux eżekuttivi tal-UE l-oħrajn, li saru matul is-seduti plenarji tal-laqgħa tal-Grupp Arraiolos. Il-President Higgins esprima s-sodisfazzjon tiegħu għaż-żmien magħżul u għall-kontenut tal-laqgħa li rat il-parteċipazzjoni attiva ta’ tnax-il president.

Minbarra t-temi fuq l-aġenda tal-ġurnata ta’ qabel, iż-żewġ presidenti ddiskutew l-importanza tal-multilateraliżmu u evalwaw il-funzjonament tal-istrutturi attwali. Qablu wkoll fuq il-ħtieġa li l-komunità internazzjonali ma titlifx il-momentum miksub s’issa fir-rigward tat-tibdil fil-klima, iċ-ċentralità taċ-ċittadini u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. L-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u tal-enerġija ġie diskuss fit-tul ukoll.

Din kienet it-tieni darba li ż-żewġ presidenti ltaqgħu din is-sena wara ż-żjara statali tal-President Michael D. Higgins f’Malta f’Mejju li għadda.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Irlanda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow