STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa għall-Investituri Retail – Ħruġ Ottubru 2022
pr221324
06/10/2022
B'referenza għall-Istqarrija Nru. 1302 ta' nhar il-Ġimgħa, it-30 ta' Settembru 2022, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
(i) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) bi prezz ta' €101.25 b'YTMta' 3.124%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.149%, u
(ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (VII) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 4.000%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal4.040%.
L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
Applikazzjonijiet:
- mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx il-€100,000 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu t-Tnejn, l-10 ta' Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, it-12 ta' Ottubru 2022; u
- mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-14 ta' Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nosinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ġimgħa, is-7 ta' Ottubru 2022.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946