Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imħabbar il-programm ta’ vaċċinazzjoni kontra l-influwenza u tal-booster għall-Omicron

pr221323
Date Icon 06/10/2022

Il-vaċċin ta' kontra l-influwenza staġjonali se jibda jingħata bla ħlas minn nhar it-Tnejn, 17 ta' Ottubru 2022, lill-persuni ta' 'l fuq minn 55 sena u persuni vulnerabbli miċ-ċentri tas-saħħa kollha u mill-bereġ skedati. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta elenku tal-persuni li se jingħataw prijorità f'dan il-programm, li huma persuni b'mard kroniku respiratorju, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, dijabete, persuni immunosopressi, nisa tqal, u persuni li jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa u fl-istituzzjonijiet.

Chris Fearne żied li mis-Sibt, 22 ta' Ottubru 2022, se jibdew jitlaqqmu t-tfal ta' 'l fuq minn sitt xhur, fejn se jkun hemm sessjonijiet dedikati għalihom kull tmiem il-ġimgħa. Huwa spjega li t-tfal ta' 'l fuq minn sentejn jistgħu jevitaw it-tilqima u minflok jieħdu nasal spray kontra l-influwenza. Kompla jispjega li mit-Tnejn, 31 ta' Ottubru 2022, il-programm ta' vaċċinazzjoni se jinfetaħ għall-kumplament tal-popolazzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li l-vaċċin tal-influwenza li se jkun offrut lill-pubbliku din is-sena jolqot direttament it-tip ta' influwenza li mistennija tippredomina fix-xhur tax-xitwa u għaldaqstant se tkun effettiva ħafna sabiex ittaffi s-sintomi tal-influwenza li jafu jkunu kefrin u anke jwasslu għall-bżonn ta' sptar. Huwa fakkar li fis-snin li għaddew, ħafna iżjed persuni irrikorrew għall-vaċċin tal-influwenza, bi 'l fuq minn mija u tmenin elf vaċċin mogħtija fl-2020 u mija u sbatax-il elf vaċċin fl-2021. Għalhekk, l-awtoritajiet tas-saħħa, din is-sena, xtraw mal-mija u tnejn u tletin elf doża tal-vaċċin, li minnhom sbatax-il elf huma nasal spray għat-tfal. Huwa fisser kif għaddejjin ukoll preparamenti fl-Isptar Mater Dei, u proġetti ta' rinovazzjoni fl-Isptar Boffa sabiex is-sistema tas-saħħa tkun lesta għal żieda fil-pazjenti rikoverati fix-xhur xitwin.

Chris Fearne ħabbar ukoll li se jkun offrut booster tal-vaċċin kontra l-COVID immirat kontra l-varjant tal-Omicron. Huwa ħeġġeġ lill-persuni kollha ta' 'l fuq minn 55 sena u lill-persuni vulnerabbli sabiex jirrikorru għal dan il-booster, li jista' jittieħed fl-istess ħin mal-vaċċin kontra l-influwenza.   

Ingħaqdet fl-istess appell is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, li spjegat li din is-sena, il-komunità internazzjonali tas-saħħa innotat li l-istaġun tal-influwenza beda qabel is-soltu. Hija saħqet kif għal kull mitt persuna li jmorru għand it-tabib, tmienja minnhom ikollhom sintomi li jixbhu dawk tal-influwenza.

Għall-iskeda ta' vaċċinazzjoni żur: https://www.facebook.com/HPDPMalta/.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imħabbar il-programm ta’ vaċċinazzjoni kontra l-influwenza u tal-booster għall-Omicron
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imħabbar il-programm ta’ vaċċinazzjoni kontra l-influwenza u tal-booster għall-Omicron
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow