Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: Imħabbra żieda fil-Ġudikatura

pr221294
Date Icon 03/10/2022

Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħabbar li se ssir żieda fil-Ġudikatura permezz ta' żewġ Imħallfin u żewġ Maġistrati ġodda. L-għan ta' din iż-żieda hi li tkompli tiżdied l-effiċjenza tal-Qorti u tissaħħaħ il-Ġudikatura.

Għaldaqstant fil-jiem li ġejjin se jiskatta l-proċess għall-ftuħ ta' nomini u sussegwentement l-għażla tal-erba' membri tal-ġudikatura ġodda. Ta' min ifakkar li l-għażla se ssir permezz ta' mekkaniżmu indipendenti li implimenta Gvern Laburista bħala waħda minn diversi riformi b'saħħithom fil-qasam tal-ġustizzja.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard tenna li, “Bħala Gvern aħna kommessi li noffru l-għoddod kollha possibbli biex inkomplu nassiguraw li l-ġustizzja ssir, tidher li qed issir u ssir fi żmien raġjonevoli. Dan l-impenn diġà huwa rifless f'rapporti minn aġenziji barranin, iżda mhux se nieqfu hawn. Fiż-żmien li ġej se nkomplu nimplimentaw riformi sinifikanti fil-proċess legali ta' pajjiżna, fosthom fil-kamp kriminali."

Din iż-żieda tikkumplimenta l-impenn elettorali li llum huwa l-pjan ta' ħidma tal-Gvern, kif ukoll l-aħħar stħarriġ li sar mill-Eurobarometer tal-Unjoni Ewropea li stabilixxa li l-fiduċja fil-ġustizzja f'Malta żdiedet b'15% mill-istħarriġ preċedenti. Dan hu riżultat ta' ħidma kontinwa li qed issir biex intejbu s-servizz u l-proċess ġudizzjarju kemm minn aspett leġislattiv, amministrattiv u anke infrastrutturali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: Imħabbra żieda fil-Ġudikatura
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: Imħabbra żieda fil-Ġudikatura
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: Imħabbra żieda fil-Ġudikatura
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow