Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-MCCAA

pr221292
Date Icon 03/10/2022

Il-ħaddiema tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se jibbenefikaw minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fosthom fil-pakkett finanzjarju, wara ftehim milħuq bejn l-MCCAA u ż-żewġ unions li jirrappreżentaw lil dawn il-ħaddiema, il-General Workers’ Union (GWU) u l-UĦM – Voice of the Workers. Il-ftehim kollettiv ġdid ikopri mal-130 ħaddiem għal perjodu ta’ ħames snin, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021 sas-sena 2025.

Apparti t-titjib fil-kundizzjonijiet attwali tax-xogħol tal-ħaddiema, il-ftehim kollettiv ġdid jipprovdi wkoll biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jinvestu fil-karriera tagħhom billi joffri għajnuna għal żvilupp professjonali kontinwu. Il-ftehim joffri wkoll l-opportunitajiet biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jattendu għal korsijiet fuq bażi regolari biex ikunu jistgħu jkattru aktar il-ħiliet u l-għarfien edukattiv tagħhom.

Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli. 

Il-Ministru Farrugia Portelli ddeskriviet il-ftehim bħala wieħed li jirrifletti l-prosperità, il-benesseri tal-ħaddiema u l-effiċjenza tal-operat tal-MCCAA. Hija kompliet li, “Dan il-ftehim jiċċelebra lil kull ħaddiem li qed jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu f’ħidma favur il-konsumatur. B’portafoll li jvarja minn spezzjonijiet, infurzar, testjar ta’ ġugarelli, liftiijet, pestiċida u oħrajn, l-MCCAA tati b’mod kontinwu servizz iffukat fuq il-benesseri tal-familji.”

Helga Pizzuto, Chairperson tal-MCCAA, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li ġew konklużi n-negozjati biex seta’ jsir l-iffirmar tal-ftehim. Hija sellmet lill-ħaddiema kollha għall-kontribut siewi tagħhom u li baqgħu għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn speċjalment fi żmien il-pandemija tal-Covid-19.

Kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM esprimew sodisfazzjon għall-mod kif saru n-negozjati filwaqt li raddew ħajr lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex jintlaħaq il-ftehim.

Għall-MCCAA ffirmaw ċ-Chairperson Helga Pizzuto u d-Direttur tar-Riżorsi Umani Roderick Vella. Il-firmatarji f’isem il-GWU kienu Riccarda Darmanin u Paul Micallef, Segretarju u Assistent Segretarju, Taqsima Professional, Finance & Services filwaqt li għall-UĦM iffirmaw Mario Sacco, Direttur, u Antoinette Aquilina, Senior Manager Employment Relations.

Preżenti wkoll għall-iffirmar tal-ftehim kien hemm is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (People and Standards) Joyce Cassar u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Nancy Caruana.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-MCCAA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-MCCAA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-MCCAA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-MCCAA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow