Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta

pr221289
Date Icon 02/10/2022

L-anzjanità għandna narawha b'lenti pożittiva. Stqarr dan il-President George Vella waqt is-serata 'Premju Anzjanità Attiva' li fissirha bħala okkażjoni li matulha niċċelebraw il-kwalitajiet u s-sehem siewi tal-anzjani fis-soċjetà.

Din is-sena, bħala tema għall-Jum Internazzjonali tal-Anzjani, in-Nazzjonijiet Magħquda għażlet 'Ir-reżiljenza tal-anzjani f'dinja li qiegħda dejjem tinbidel', b'enfasi partikolari fuq il-kontribut tan-nisa anzjani kif ukoll l-anzjani bħala kontributuri attivi dwar it-tibdil fil-klima. Il-President spjega kif l-attiviżmu mill-anzjani fil-qasam akkademiku, sportiv, kulturali u interġenerazzjonali juri biċ-ċar l-importanza li l-anzjani jibqgħu membri attivi fis-soċjetà.

“Dan jagħmel ġid lill-persuna anzjana billi tħossha parti mill-komunità tagħha. Fl-istess ħin bl-attiviżmu tagħha, tkun qed tagħti kontribut dirett fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż u anke fil-ħarsien tal-ambjent", żied jgħid il-President.

Matul id-diskors tiegħu, il-President fisser kif anzjan attiv u indipendenti jissarraf f'kuntentizza li tgħin mhux ftit fis-saħħa kemm fiżika kif ukoll dik mentali tal-individwu. Stqarr li kemm l-esperjenza kif ukoll l-għarfien tal-anzjani huma ta' valur imprezzabbli. Qal li dan jgħodd ukoll għal dawk l-anzjani li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar, bit-tagħlim li jistgħu jipprovdu lill-impjegati iżgħar minnhom huwa wiesa'. Il-President appella biex l-għarfien ta' dawk akbar fl-età ma jintilifx u ma jitwarrabx.

Filwaqt li rrikonoxxa li kulma jmur, il-popolazzjoni ta' pajjiżi żviluppati qiegħda dejjem tikber aktar fl-età, tenna l-importanza li jkollna pajjiż fejn il-pensjonijiet u l-qasam tas-saħħa u l-kura fil-komunità jitqiesu essenzjali sabiex kull anzjan jingħata d-dritt ta' kwalità ta' ħajja xierqa u dinjituża.

Huwa feraħ lis-Sinjura Betty Berry, rebbieħa tal-Premju Anzjanità Attiva, li stqarr li ġiet deskritta bħala waħda mill-iżjed voluntiera attivi li hemm ġewwa l-gżira Għawdxija, fejn għandu x'jaqsam salvataġġ u riabilitazzjoni ta' annimali li jgħixu fis-salvaġġ.

Dan filwaqt li meta faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna, Betty ħadet ukoll ħsieb żewġ familji għal sitt ġimgħat sħaħ sakemm sabitilhom kenn f'Għawdex.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal li l-attività organizzata fil-Jum Dinji tal-Anzjani hija maħsuba li tiċċelebra lill-anzjani li bid-dedikazzjoni, l-impenn u x-xogħol tagħhom qed jgħinu anzjani oħrajn jibqgħu attivi.

Ir-rebbieħa huma:

Premju Anzjanità Attiva – Is-Sinjura Betty Berry

Premju Anzjanità Sportiva – Is-Sur James Evans

Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali – Is-Sur Henri Diacono

Premju Anzjanità Akkademika – Profs Victor Mallia Milanes

Premju Anzjanità Kulturali – Is-Sur John Vella

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: “L-esperjenza u l-għarfien tal-anzjani huma ta’ valur imprezzabbli” – Il-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow