STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
pr221288
01/10/2022
Il-Gvern kommess li jkun hemm konnettività, effiċjenza fis-servizz u aċċessibilità bejn Malta u Għawdex.
Mhu qed jitfassal l-ebda proċess kif qalu llum il-Kelliema tal-Oppożizzjoni.
Dan il-Gvern, bil-fatti, hu kommess li jkompli jinvesti fil-kumpanija, li fl-aħħar snin tejbet is-servizz.
Dan il-Gvern kien u ser jibqa' jpoġġi l-konnettività bejn il-gżejjer fuq l-aġenda nazzjonali hekk kif saret talba quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex tingħata għajnuna lill-operaturi tal-Fast Ferry biex is-servizz mhux biss jissaħħaħ imma jaqdi aktar funzjonijiet, kif ukoll saret applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex f'Għawdex issir Rural Airfield.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946