Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-gvern impenjat li jissaħħaħ is-servizz tal-Gozo Fast Ferry, b’iktar frekwenza skont il-ħtiġijiet tal-Għawdxin u l-Maltin

pr221283
Date Icon 30/09/2022

Il-gvern huwa determinat li jieħu l-passi meħtieġa biex is-servizz tal-fast ferry, li beda ftit iktar minn sena ilu, jissokta b'mod li jkun qed joffri l-aqwa servizz għall-ħtiġijiet tal-Għawdxin u l-Maltin, kif ukoll l-ekonomija ta' Għawdex.

Dan is-servizz, li beda f'mumenti ta' taqlib internazzjonali, qed joffri alternattiva oħra għall-ivvjaġġar bejn iż-żewġ gżejjer – alternattiva li ġġib bosta vantaġġi fosthom inqas skariġġ għall-Għawdxin u inqas użu ta' karozzi biex isiru l-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer.

Minkejja dan, l-operaturi ta' dan is-servizz iffaċċjaw diffikultajiet straordinarji kawża tal-effetti tal-isfidi internazzjonali. Kien għal dan il-għan li l-awtoritajiet daħlu għal taħdidiet mal-operaturi bil-għan li l-gvern jappoġġja s-servizz f'dan il-mument biex mhux biss jitkompla, iżda jissaħħaħ u jingħata b'mod iktar frekwenti.

Għal dan il-għan, il-gvern qed jiddiskuti mal-Kummissjoni Ewropea biex jgħin b'kuntratt ta' servizz pubbliku għas-sentejn li ġejjin.

Il-kuntratt ta' servizz pubbliku propost għandu valur ta' €12-il miljun fuq sentejn.

Min-naħa tagħhom, l-operaturi qed jikkommettu ruħhom li jekk ikun approvat dan il-kuntratt jipprovdu dan is-servizz meħtieġ skont il-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi, u hemm qbil ukoll li f'dan il-każ tinbeda skeda ġdida bil-prezzijiet maqbula li l-operaturi ma jistgħux jiċċaqalqu minnha.

Il-gvern qed jagħżel li jappoġġja finanzjarjament dan is-servizz għaliex huwa meqjus bħala ta' benefiċċju għas-soċjetà u għall-ambjent u għax beda jopera fi żminijiet straordinarji ta' pandemija u ta' gwerra li ħallew impatt negattiv qawwi. Huwa għalhekk li l-għajnuna hija ffokata fuq is-sentejn li ġejjin.

Bħala parti mill-ftehim se tiddaħħal miżura oħra tal-manifest elettorali (numru 480) li permezz tagħha dawk il-pazjenti li jkunu qed jirċievu trattament mediku fl-Isptar Mater Dei jew fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jużaw is-servizz bla ħlas. 

Dan is-servizz joffri wkoll numru ta' benefiċċji ekonomiċi u ambjentali. Il-fatt li t-tluq tiegħu jinsab f'post ċentrali fil-Belt Valletta jħeġġeġ iktar lit-turisti biex iżuru Għawdex. Dan filwaqt li Maltin jew Għawdxin li jridu jaqsmu l-fliegu għal ftit sigħat biss jistgħu jagħmlu dan b'servizz aktar komdu u ċentrali.

Dan is-servizz qiegħed ukoll jinċentiva lill-klijent biex jagħmel użu mit-trasport pubbliku, li minn għada se jkun b'xejn għal kulħadd, jew mir-rota, hekk kif ma teżistix il-possibbiltà ta' vjaġġar ta' karozzi b'dan is-servizz.

Fuq kollox huwa ukoll konvenjenti għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta. Ta' kuljum, numru kbir ta' ħaddiema Għawdxin bħal infermiera u għalliema jagħmlu użu minn dan is-servizz biex jiġu għax-xogħol f'Malta, u permezz tiegħu jiffrankaw it-traġitt minn u lejn iċ-Ċirkewwa ta' kuljum.

Il-gvern jemmen f'dan is-servizz li rċieva rispons tajjeb, tant li f'kumitat tal-Parlament qamet diskussjoni dwar il-ħtieġa li jkompli u jissaħħaħ.

L-għan hu li b'dan il-ftehim f'dan l-istadju titpoġġa l-bażi għal servizz li jkun sostenibbli u effiċjenti għal tul ta' żmien.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow