Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Sottomessa l-applikazzjoni għall-Gozo Rural Airfield

pr221277
Date Icon 30/09/2022

Il-Ministeru għal Għawdex issottometta l-applikazzjoni biex issir Rural Airfield f'Għawdex quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa wara li fix-xhur li għaddew sar proċess wiesa' ta' konsultazzjoni pubblika dwar din il-proposta, li hi wkoll wegħda elettorali, liema konsultazzjoni kienet immexxija mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex.

Matul dan il-proċess ta' konsultazzjoni, l-awtorità rċeviet xejn inqas minn 70 proposta jew rakkomandazzjoni biex isir titjib fuq il-proġett hekk kif propost.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li permezz ta' dan il-proġett, il-konnettività ta' Għawdex ser tkompli tissaħħaħ. “Bħala gvern għandna track record fejn tidħol aċċessibbiltà, u hekk kif imwiegħed fil-programm elettorali, ser inkunu qed inwettqu wegħda oħra. Qed naraw li permezz ta' dan il-proġett, ser inkunu qed inrawmu niċċa ekonomika ġdida u sostenibbli għal Għawdex, fejn apparti impjiegi ta' kwalità, ser inkunu qed naspiraw li nattiraw lejn xtutna aktar turiżmu ta' livell", qal il-Ministru Camilleri.

“Dan kollu ser isir b'rispett sħiħ lejn l-ambjent tal-madwar fejn l-ebda art agrikola mhi ser tintmess, filwaqt li ser jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni biex l-impatt fuq l-ambjent kif ukoll dak  viżiv u l-ħsejjes iġġenerati jiġu mmitigati", sostna l-ministru.

Il-proġett ser isir fuq medda ta' 76,000 metru kwadru ta' art li diġà hi kommessa biex isir żvilupp simili u li llum il-ġurnata tinsab fi stat ta' abbandun u lok ta' abbuż. L-ebda bini addizjonali mhu ser isir u dak eżistenti ser jiġi rrestawrat u rriġenerat. Ir-runway eżistenti ser titwal b'271 metru biex b'hekk tilħaq tul ta' 445 metru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Sottomessa l-applikazzjoni għall-Gozo Rural Airfield
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow