Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

pr221274
Date Icon 30/09/2022

Bħala parti mill-ħidma marbuta ma' operazzjonijiet tal-pulizija u forzi tal-ordni oħra fil-lokalitajiet fl-aħħar jiem kienu kkordinati titjiriet biex persuni li nstabu jgħixu f'Malta illegalment ma jibqgħux f'pajjiżna. Fl-operazzjonijiet tal-aħħar ġimgħat kienu arrestati 208 persuni li nstabu jgħixu f'Malta illegalment bin-nazzjonalitajiet tagħhom li kienu minn diversi pajjiżi Afrikani, Ażjatiċi, mil-Lvant tal-Ewropa, u mill-Amerka t'Isfel.

Minnufih beda x-xogħol biex dawn il-persuni ma jibqgħux f'Malta. 184 persuna diġà ma għadhomx f'pajjiżna u l-ħidma għadha għaddejja b'rabta mal-kumplament tal-persuni. Fl-aħħar ġimgħat din il-ħidma kkordinata tat attenzjoni partikolari lil Raħal Ġdid, il-Fgura, il-Marsa, il-Ħamrun, Ħ'Attard, Buġibba, San Pawl il-Baħar u Għawdex. Fl-istess ħidma kien identifikat allegat ksur ta' liġi ieħor tant li persuni tressqu l-qorti. Din il-ħidma kontinwa fil-qalba tal-lokalitajiet hi parti minn strateġija maħsuba bil-għan li jkollna lokalitajiet iktar siguri fejn jintbagħat messaġġ ċar li l-ksur tal-liġi ma għandux ikun ittollerat. Lanqas hu ttollerat li l-istatus irregolari ta' persuni fostna jwassal biex huma jkunu sfruttati u għalhekk ittieħdu passi li jwasslu dan il-messaġġ ċar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow