STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ottubru 2022
pr221271
30/09/2022
L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn miljun ewro (€200,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:
- 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI); u
- 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (VII).
Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'€100,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' mitt elf ewro (€100,000) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-10 ta' Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, it-12 ta' Ottubru 2022 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-14 ta' Ottubru 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
Il-prezz għal kull Stock imsemmi f'elenku (i) u (ii) riferuti aktar qabel, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis, is-6 ta' Ottubru 2022. L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock u dawn jiġu ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa, is-7 ta' Ottubru 2022.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, it-30 ta' Settembru 2022.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946