Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Deċiżjonijiet li għandhom iservu biex niġbdu investiment ġdid li joħloq aktar impjiegi ta’ kwalità” – il-Prim Ministru waqt l-inawgurazzjoni ta’ uffiċini ġodda tal-UHM

pr221270
Date Icon 30/09/2022

Waqt l-inawgurazzjoni ta' uffiċini ġodda tal-UHM Voice of the Workers, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li d-deċiżjonijiet li qed jieħu l-gvern ma għandhomx iservu biss biex iħarsu għal dak li għandna llum iżda għandhom ikunu l-bażi ħalli lejn pajjiżna niġbdu investimenti ġodda li joffru aktar impjiegi ta' kwalità u li jħallsu aħjar.

F'indirizz li għamel, il-prim ministru tenna li qed nersqu lejn budget ieħor mingħajr taxxi ġodda u li se jkompli jsostni lin-nies, b'politika mhux ta' awsterità, iżda li temmen fil-ħaddiem.

Dr Robert Abela aċċenna fuq l-istabbiltà u s-sostennibbiltà, u hawn semma kif il-ħaddiema u l-familji tagħhom jixirqilhom iżjed spazji ġodda biex anki jservu ta' żvog wara ħidmiethom.

Il-prim ministru rrimarka għal diversi miżuri li daħħal il-gvern u li bihom ġie inċentivat ix-xogħol u ssaħħet b'mod qawwi l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, tant li llum, Malta hi ogħla mill-medja Ewropea f'dan ir-rigward, anki frott miżuri ta' appoġġ għall-familji.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif il-UHM tat sehemha wkoll bl-ideat tagħha fil-miżuri maħsuba to make work pay.

Dr Abela saħaq ukoll fuq il-ħtieġa li nkomplu nsostnu t-tisħiħ tad-drittijiet, it-taħriġ, u l-opportunitajiet ġodda biex wieħed ikun jista' jimxi 'l quddiem u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu.

“Huwa dan kollu li ridna nissalvagwardjaw bid-deċiżjonijiet li ħadna fl-aħħar xhur u li bnew fuq deċiżjonijiet kbar oħra li ħadna sa minn Marzu 2020, quddiem sfidi bla preċedent", qal il-prim ministru hu u jisħaq fuq djalogu soċjali b'saħħtu.

Hawn semma l-ideat li lkoll irridu nitfgħu fuq il-mejda biex nikbru iktar u li mbagħad irid ikollna l-kuraġġ li niddeċiedu dwarhom biex inkomplu nirnexxu bħala pajjiż.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Deċiżjonijiet li għandhom iservu biex niġbdu investiment ġdid li joħloq aktar impjiegi ta’ kwalità” – il-Prim Ministru waqt l-inawgurazzjoni ta’ uffiċini ġodda tal-UHM
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow