Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Christa Shweng tfaħħar id-djalogu soċjali f’Malta

pr221268
Date Icon 29/09/2022

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Christa Shweng flimkien mal-Kap tal-Kabinett tagħha Markus Stock jinsabu f'pajjiżna għal konferenza organizzata mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali dwar l-importanza li jkun hemm koerenza bejn id-djalogu soċjali lokali u dak Ewropew.

Waqt il-konferenza, li preżenti għaliha kien hemm is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul flimkien mal-imsieħba soċjali u rappreżentanti tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili, Christa Shweng irrimarkat li d-djalogu soċjali f'Malta huwa b'saħħtu ħafna. Hija faħħret ukoll id-delegazzjoni Maltija fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u nnutat li dik Maltija hija fost l-aktar attivi. Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tkellmet dwar l-impatti tal-gwerra fl-Ukrajna fosthom fuq il-qasam tal-enerġija u l-inflazzjoni. Hawn saħqet fuq il-ħtieġa li l-Ewropa tħares lejn sorsi alternattivi ta' enerġija filwaqt li għandha dejjem tassigura enerġija aktar affordabbli.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li d-djalogu soċjali huwa kruċjali speċjalment fiż-żminijiet ta' sfida. Hawn irrefera wkoll għall-mod kif l-MCESD ħadem waqt pandemija fejn min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema ġibdu ħabel wieħed flimkien mal-Gvern biex ġew salvati eluf ta' impjiegi. Huwa saħaq li l-prinċipji li tħaddnu waqt pandemija jgħoddu wkoll f'dan iż-żmien kurrenti, quddiem sfida fil-qasam tal-enerġija. Is-Segretarju Parlamentari qal li biex nindirizzaw l-isfidi li għandna quddiemna huwa importanti li nirrispettaw l-iżvilupp sostenibbli u nżommu f'moħħna l-ġustizzja soċjali speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Christa Shweng tfaħħar id-djalogu soċjali f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Christa Shweng tfaħħar id-djalogu soċjali f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Christa Shweng tfaħħar id-djalogu soċjali f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow