Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna finanzjarja ta’ €116,487 għal 16-il għaqda volontarja li jieħdu ħsieb l-annimali

pr221265
Date Icon 29/09/2022

Madwar 16-il għaqda volontarja li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali ngħataw bejniethom is-somma ta’ €116,487 bil-għan li jkompli jitjieb il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna. 

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, ġie spjegat li għal sena oħra d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali reġa’ nieda din l-iskema finanzjarja sabiex jgħin lil dawk in-nies li jieħdu ħsieb annimali li jkunu abbandunati f’diversi organizzazzjonijiet u santwarji.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Anton Refalo saħaq li b’dawn il-fondi l-gvern qed ikompli jservi ta’ spalla għal dawn l-għaqdiet. “L-għan wara din l-inizjattiva hu li jkun hemm appoġġ lejn dawn l-organizzazzjonijiet biex iwettqu proġetti li għandhom il-potenzjal jipprovdu ħajja xierqa għall-annimali. Bħala ministeru, flimkien mal-NGOs, qed naħdmu kontinwament sabiex lil dawn l-annimali nagħtuhom l-attenzjoni u l-kura li jeħtieġu.” 

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat li, “Bħala gvern irridu nibqgħu naħdmu spalla ma’ spalla ma’ dawn l-għaqdiet. Apparti l-għajnuna finanzjarja, kif ukoll dik loġistika li nipprovdu ta’ kuljum, dan il-gvern qed jaħdem bla waqfien biex jassigura djalogu kontinwu bejn l-aġenziji kollha involuti, l-għaqdiet nongovernattivi differenti, kif ukoll il-poplu inġenerali.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna finanzjarja ta’ €116,487 għal 16-il għaqda volontarja li jieħdu ħsieb l-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna finanzjarja ta’ €116,487 għal 16-il għaqda volontarja li jieħdu ħsieb l-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna finanzjarja ta’ €116,487 għal 16-il għaqda volontarja li jieħdu ħsieb l-annimali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow