STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ombudsman jippreżenta l-Ombudsplan 2023 lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lill-Ombudsman Anthony C. Mifsud, li ppreżentalu l-Ombudsplan għas-sena 2023 skont kif provdut fl-Att tal-1995 dwar l-Ombudsman.
Dan id-dokument jagħti rendikont finanzjarju ta’ din l-istituzzjoni għas-sena 2022 u estimu ta’ nefqa għas-sena 2023, jindika l-attivitajiet maħsuba għas-sena 2023 u jitratta wkoll materji li fl-opinjoni tal-Ombudsman jistgħu jgħinu biex dejjem titjieb l-amministrazzjoni pubblika.
L-Ispeaker se jqiegħed kopja tal-Ombudsplan 2023 fuq il-Mejda tal-Kamra mal-ewwel opportunità sabiex wara jkun jista’ jiġi diskuss fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u sussegwentament jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
Ritratt (SPK)
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946