Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Imniedi l-ewwel Osservatorju Malti għat-Turiżmu

pr221262
Date Icon 29/09/2022

Tnieda l-ewwel Osservatorju Malti għat-Turiżmu li ser iħares l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Maltija għat-Turiżmu għall-għaxar snin li ġejjin. Dan il-bord ser ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u mill-Ministeru għat-Turiżmu li b’mod sinerġetiku ser ikunu responsabbli wkoll għall-firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li jittrattaw l-iżvilupp turistiku fil-Gżejjer Maltin. 

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef, id-Deputat Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Leslie Vella u membri tal-istess bord. 

Dan l-osservatorju ser jimxi id f’id mal-ħidma u mal-prattiċi ta’ osservatorji tat-turiżmu oħrajn stabbiliti madwar id-dinja, sabiex Malta titpoġġa fuq quddiem f’dak li huwa turiżmu sostenibbli fuq skala Mediterranja, Ewropea u globali, tant li ser ikun qed iħares li jistabbilixxi rabtiet ma’ partijiet simili fuq livell internazzjonali, fosthom l-organi ewlieni tal-Ġnus Magħquda, l-International Network of Sustainable Tourism Observatories. 

Dan l-organu ser ikollu l-fakultà wkoll li jitkellem u jiftaħ lilu nnifsu għal opinjonijiet, proposti u inċentivi permezz ta’ advisory groups li jinkludu entitajiet tal-gvern, għaqdiet mhux governattivi u s-settur privat. It-temi għal dawn l-advisory groups ser jinkudu l-akkomodazzjoni, il-gastronomija, l-ambjent, is-sostenibbiltà, il-konnettività bl-ajru u bil-baħar, Għawdex u Kemmuna, l-edukazzjoni u taħriġ, l-esperjenza tal-viżitaturi u t-tibdil fil-klima. 

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq li f’dinja ta’ suq turistiku li dejjem qed isir iżjed kompetittiv jeħtieġ li bħala pajjiż naġġornaw l-ottika tagħna lejn dan is-settur tant importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. 

“Dan l-osservatorju huwa garanzija tal-impenn tal-gvern lejn l-industrija turistika u permezz tal-istrateġija nazzjonali għat-turiżmu naraw it-turiżmu jkompli jirkupra, jissaħħaħ u jsir sostenibbli għaż-żmien li ġej,” temm jgħid il-Ministru Bartolo. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Imniedi l-ewwel Osservatorju Malti għat-Turiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Imniedi l-ewwel Osservatorju Malti għat-Turiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Imniedi l-ewwel Osservatorju Malti għat-Turiżmu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow