Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Titħabbar it-tieni edizzjoni tal-iStartup Festival

pr221253
Date Icon 28/09/2022

L-iStartup Festival se jkun qed jittella' għat-tieni sena konsekuttiva, bil-parteċipazzjoni ta' startups u scaleups lokali u internazzjonali. Dan ġie mħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia. L-iStartup Festival se jittella' bejn it-13 u l-14 ta' Ottubru, f'Villa Bighi fil-Kalkara.

Waqt it-tnedija ta' dan il-festival, il-Ministru Miriam Dalli fakkret fuq l-impenn tal-Gvern fejn jidħlu setturi ġodda ekonomiċi.

“Qed inħarsu 'l quddiem għal aktar startups ġodda u innovattivi. Irridu startups  li mhumiex interessati biss fil-profitt finanzjarju, imma anke li jaraw kif se joħolqu kwalità ta' ħajja aħjar. L-istartups huma forza għal aktar progress u bidla pożittiva u aħna qegħdin hawn biex nagħtu appoġġ  lil dawn l-istartups," qalet il-Ministru Dalli.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Kurt Farrugia rrefera għat-temi li se jiġu indirizzati matul l-attività ta' din is-sena.

“Se niddedikaw l-ewwel nofstanhar tal-ewwel jum tal-festival għall-istudenti biex jifhmu aħjar is-suġġett u l-opportunitajiet li jġib miegħu l-entrepreneurship. Iridu li dawn l-istudenti jesperjenzaw it-teknoloġija li jistgħu jużaw, jirċievu pariri u ispirazzjonijiet mingħand kelliema lokali  u internazzjonali. It-tieni suġġett huwa dak ta' investor matchmaking – fejn għall-ewwel darba l-parteċipanti għandhom iċ-ċans jippreżentaw l-ideat tagħhom lill-investituri lokali u barranin – uħud minn dawn se jkunu qed janalizzaw ix-xena tal-istartups f'Malta għall-ewwel darba," spjega l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise.

Min se jattendi se jkollu l-opportunità li jipparteċipa f'esperjenzi teknoloġiċi u jiltaqa' ma' innovaturi oħra fil-qasam tal-istartups. Il-festival joffri l-opportunità  ta' pariri minn kelliema internazzjonali li se jkunu qed jaqsmu l-esperjenza tagħhom f'kumpaniji fl-Amerka, fl-Ewropa u lil hinn. Matul din l-attività se jitħabbru inizjattivi ġodda mill-Gvern, immirati għall-istartups.

Kull min hu interessat, kemm individwi, kumpaniji u stakeholders, jistgħu jirreġistraw b'xejn fuq startinmalta.com, filwaqt li dawk interessati li jinvestu jew qed jinvestu, jistgħu jirreġistraw fuq Deal Room Events; https://msf.dealroomevents.com/registration.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Titħabbar it-tieni edizzjoni tal-iStartup Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Titħabbar it-tieni edizzjoni tal-iStartup Festival
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow