Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen

pr221251
Date Icon 28/09/2022

F'Ħelsinki, il-Finlandja, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen, fejn matulha ġiet diskussa t-tema tal-immigrazzjoni.

Fil-fatt, matul din il-laqgħa ġiet diskussa t-triq 'il quddiem fuq id-dokument imressaq mill-Presidenza dwar il-mekkaniżmu ta' solidarjetà b'rabta mal-immigrazzjoni u anke l-progress fuq id-diskussjoni li għaddejja dwar il-Patt tal-Immigrazzjoni u l-Ażil.

Il-Ministru Camilleri, f'isem il-Gvern Malti, irringrazzja lill-Finlandja li għenet u ħadet sehem fil-mekkaniżmu ta' solidarjetà b'rabta mal-immigrazzjoni.

Iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu d-diskussjonijiet għall-ġid taż-żewġ pajjiżi u tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow