Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 2023: Malta l-unika pajjiż tal-UE li se jservi bħala membru mhux permanenti tal-UNSC

pr221209
Date Icon 20/09/2022

Fl-2023, Malta, flimkien ma' Franza, li hija membru permanenti, se tkun vuċi importanti u essenzjali tal-Unjoni Ewropea fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan kien innotat waqt il-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Fl-intervent li għamel il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, sostna li din il-laqgħa fi żmien daqstant kritiku hija opportunità importanti ta' kif l-Unjoni Ewropea se tkun qed tikkomunika l-azzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja. “Bħala pajjiż nemmnu bis-sħiħ fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Magħquda u aktar minn hekk bħala membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda kommessi li nkomplu nimbuttaw 'il quddiem il-valuri tal-paċi u tas-sigurtà," spjega l-Ministru Ian Borg.

Il-Ministru spjega kif l-Unjoni Ewropea għandha bżonn li tibqa' magħquda f'dawn il-mumenti għaliex dan huwa l-akbar vantaġġ, dan minkejja li għandha ssir analiżi profonda ta' dak li qed jiġri u kif dan jista' jkun indirizzat bl-aħjar mod possibbli mingħajr ma jbati l-poplu Ewropew mil-lat ekonomiku, soċjali u anke kulturali. Dr Borg kompla jgħid li fid-dawl tal-assistenza li l-Ukrajna għandha bżonn, ikun għaqli li l-Unjoni Ewropea tiżgura s-sostenibbiltà f'din l-għajnuna. Huwa sostna wkoll li jkun għaqli jekk l-Unjoni Ewropea tiddjaloga mal-komunità Russa, partikolarment dik li hija kontra l-gwerra, għaliex dawn huma ugwalment parti essenzjali min-narattiva kontra min qed jappoġġa u jiffinanzja dawn l-atti barbari li qed naraw.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 2023: Malta l-unika pajjiż tal-UE li se jservi bħala membru mhux permanenti tal-UNSC
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 2023: Malta l-unika pajjiż tal-UE li se jservi bħala membru mhux permanenti tal-UNSC
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 2023: Malta l-unika pajjiż tal-UE li se jservi bħala membru mhux permanenti tal-UNSC
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow