STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Id-Deputat Speaker mexxa l-laqgħa tal-għeluq tal-konferenza annwali Tal-Malta Model United Nations Society 2022
Il-Ħadd, 18 ta’ Settembru 2022, David Agius MP, id-Deputat Speaker tal-Parlament ta’ Malta, mexxa l-laqgħa tal-għeluq tal-konferenza annwali tal-Malta Model United Nations Society 2022.
Fi tmiem il-ġimgħa, id-delegati ta’ din il-konferenza jipparteċipaw f’workshops fil-Parlament fejn iddiskutew temi li jolqtu r-relazzjonijiet interenazzjonali f’kuntest ta’ mudell ta’ Ġnus Magħquda, b’mod partikolari l-Kunsill tas-Sigurtà (UNSC), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), u l-Programm tal-Ġnus Magħquda tal-Ambjent (UNEP).
Fid-diskors tiegħu, id-Deputat Speaker tkellem dwar is-sehem tal-Parlamentari fit-twettiq tal-politika fejn hu saħaq fuq ir-rispett li għandhom juru l-Membri tal-Parlament u li lkoll iħabirku għal ġid komuni.
F’din il-laqgħa, Ian Borg MP, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ, bagħat messaġġ lid-delegati fejn hu fisser is-sehem ta’ Malta fil-Ġnus Magħquda.
Matul din il-laqgħa, inżammet minuta silenżju b’tifkira tal-Maestà Tagħha Elizabeta II Reġina u missier il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946