Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inawgurata klinika ġdida privata tal-fertilità

pr221190
Date Icon 16/09/2022

Klinika ġdida privata tal-fertilità – HOPE Clinic – li qed toffri servizzi ta' prokreazzjoni assistita lill-klijenti Maltin u barranin ġiet inawgurata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli.

Id-Deputat Prim Ministru stqarr li Malta diġà toffri servizz tal-ogħla livell, bla ħlas lill-Maltin permezz tal-ART Clinic ġewwa l-isptar Mater Dei, u għalhekk din il-klinika privata tista' tikkumplimenta s-servizz eżistenti u tkompli ssaħħaħ isem pajjiżna f'dan il-qasam fuq livell internazzjonali. Huwa ħabbar li minn kemm ilha li bdiet tinġabar l-istatistika mill-Awtorità Maltija għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, sa issa twieldu 434 tarbija f'pajjiżna permezz tas-servizzi tal-prokreazzjoni assistita, filwaqt li hemm mal-40 mara oħra tqila bl-użu tal-istess servizzi.

Chris Fearne stqarr li bħalissa qed jiġu ffinalizzati t-tenders neċessarji sabiex l-Isptar Mater Dei jakkwista t-teknoloġija neċessarja sabiex ikun offrut is-servizz tal-PGTM fejn indikat, bla ħlas, li sar possibbli permezz tal-emendi fil-liġi tal-IVF iktar kmieni din is-sena – dan filwaqt li qegħdin jitħarrġu l-professjonisti li se jkunu qegħdin jagħtu dan is-servizz.

L-investiment dirett barrani ta' madwar €1 miljun minn HOPE Clinic ikompli jsaħħaħ il-qasam tal-life sciences f'pajjiżna fejn Malta Enterprise qed tkompli tattira l-investiment.

“Is-settur tal-life sciences huwa settur reżiljenti li jkompli jirreġistra tkabbir. Fix-xhur li għaddew, l-investiment f'dan is-settur mill-manifattura, faċilitajiet ta' riċerka u żvilupp, u startups, qabeż it-€80 miljun. Dan l-investiment kien possibbli grazzi għall-ħidma tal-Malta Enterprise li qed taħdem favur niċeċ ekonomiċi ġodda bħalma huma l-biopharms u t-teknoloġija tal-life sciences", qalet il-Ministru Miriam Dalli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inawgurata klinika ġdida privata tal-fertilità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inawgurata klinika ġdida privata tal-fertilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow