Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: 102 avukati u 10 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant

PR221175
Date Icon 14/09/2022

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ippreżenta l-warrants lil 102 avukati u 10 prokuraturi legali ġodda wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.

F'ċerimonja ġewwa l-Admiral's Hall fil-Forti Sant'Anġlu, il-Ministru Attard awgura lill-avukati u l-prokuraturi legali l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Saħaq ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b'rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet, u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

Il-ministru qal li l-gvern għaddej b'ħidma intensiva fuq diversi riformi leġiżlattivi u saħaq li “Jeħtieġ inkomplu bil-proċess ta' mmodernizzar u bidliet legali li jagħmlu l-proċessi iqsar, anqas ripetittivi u effiċjenti. Fl-istess ħin inkomplu ninvestu fir-riżorsi umani u fl-infrastruttura neċessarja." Huwa kompla jgħid ukoll li l-pass li jmiss huwa li id f'id mal-kamra tal-avukati u l-prokuraturi legali ssir ħidma biex jitfassal abbozz li mhux biss jirregola l-professjoni iżda jsaħħaħha.

Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, Dr Matthew Brincat f'isem il-Kamra tal-Avukati, u PL Gerald Bonello f'isem il-Kamra tal-Prokuraturi Legali.

Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja kien hemm l-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttiġieġ, l-Aġent Avukat tal-Istat Dr Roma d'Alessandro, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, l-Viċi Kap tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Vanessa Grech, kif ukoll rappreżentanti tal-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: 102 avukati u 10 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: 102 avukati u 10 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: 102 avukati u 10 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: 102 avukati u 10 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow