Left arrow Mur Lura

​​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Estiż b'disa' xhur il-perjodu tal-iffirmar tal-kuntratt tal-miżura tat-tnaqqis fit-taxxa fuq xiri u bejgħ ta' proprjetà

pr221156
Date Icon 09/09/2022

Il-Ministeru għall-Finanżi u x-Xogħol iħabbar li l-miżura li tipprovdi rata preferenzjali ta' taxxa fuq xiri u bejgħ ta' propjetà għal dawk kollha li rreġistraw il-konvenju tagħhom sal-aħħar ta' Diċembru 2021 se tiġi estiża b'disa' xhur, jiġifieri sal-aħħar ta' Ġunju 2023.

Din il-miżura, li kienet parti mill-Pjan ta' Riġenerazzjoni Ekonomika waqt il-pandemija tal-COVID-19, tipprovdi tnaqqis fit-taxxa tal-Boll minn 5% għal 1.5% fuq l-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà għal dawk kollha li se jixtru propjetà u tnaqqis fit-taxxa minn 8% għal 5% għal dawk kolla li se jbiegħu propjetà.

Sa issa, minn din il-miżura bbenefikaw 'il fuq minn 88,000 persuna li bejniethom iffrankaw mal-€288 miljun f'taxxa.

Permezz ta' din l-estensjoni, 'il fuq minn 5600 konvenju reġistrati se jiġu eliġibbli għal dan it-tnaqqis fit-taxxa.

Din l-estensjoni se tkun l-aħħar waħda u se tidħol fis-seħħ min-nhar il-Ġimgħa 9 ta' Settembru 2022.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel freephone 153.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow