Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA: Il-Gvern ta’ Malta jsellem il-memorja tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni

pr221151
Date Icon 08/09/2022

Tul is-sebgħin sena ta' servizz, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni ġibdet l-ammirazzjoni ta' bosta madwar id-dinja, mhux l-inqas f'Malta, il-pajjiż li miegħu kellha rabta speċjali għax għexet fih u żaritu diversi drabi.

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tibqa' magħrufa wkoll għas-sens ta' dover li bih dejjem qdiet l-irwol importanti li kellha. 

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tat kontribut importanti ħafna ukoll lejn il-Commonwealth, li taħt it-tmexxija tagħha evolva f'organizzazzjoni dinamika li tippromwovi d-demokrazija, id-diversità u fejn il-popli jiġu flimkien.

Il-Gvern ta' Malta jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Rjali u lill-poplu kollu tar-Renju Unit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow