Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurati esebiti tal-Percussion Play li se jitgawdew mill-pubbliku u jsaħħu l-użu tax-xjenza fil-komunità

pr221136
Date Icon 06/09/2022

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti inawgura esebiti tax-xjenza fil-Ġnien King George V il-Furjana, b'kollaborazzjoni maċ-Ċentru Malti tax-Xjenza, l-Esplora.

Din l-esebizzjoni se tkun qed isaħħaħ l-użu tax-xjenza fil-ħajja ta' kuljum fost il-komunitajiet tagħna permezz ta' set ta' erba' esebiti li joħolqu l-mużika. Dawn huma ċ-Cherub, il-Cavatina, il-Cadenza u s-Sansa Rimba li ġew installati wkoll f'erbatax-il lokalità oħra wara sejħa biex kunsilli lokali jospitaw sett wieħed ta' esebiti fil-komunità tagħhom.

L-esebiti tal-Percussion Play jistgħu jindaqqu u jitgawdew min-nies ta' etajiet u abbiltajiet differenti biex isaħħu l-involviment tax-xjenza fil-ħajja ta' kuljum anke meta tiġi kreata l-mużika. Dawn l-esebiti jagħmlu diversi ħsejjes li huma magħmula minn vibrazzjonijiet jew mewġ tal-ħoss.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti faħħar dan il-proġett li se jsaħħaħ l-użu tax-xjenza fil-komunitajiet Maltin u Għawdxin permezz tal-mużika kreata mis-sett ta' erba' esebiti li ġew installati fil-lokalità tal-Furjana u erbatax-il lokalità oħra. “Mingħajr ma nkunu nafu, fil-ħajja ta' kuljum qegħdin kontinwament nimplimentaw ix-xjenza f'dak li nagħmlu. Għalhekk irridu ntejbu l-għarfien dwar dan anke b'mod pjaċevoli biex kulħadd ikun jista' jagħraf l-importanza tax-xjenza f'ħajtu," tenna s-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando sostna li, “L-involviment tal-Esplora f'dan il-proġett se jsarraf biex nagħtu tomgħa taċ-Ċentru tax-Xjenza fil-komunità. Bħala parti mill-inizjattivi tagħna li nqajmu aktar għarfien u nqanqlu kurżità dwar ix-xjenza, qed naħdmu bis-sħiħ biex inwettqu l-missjoni tagħna billi nkunu aktar qrib il-komunitajiet tagħna. Dan għandu jwassal biex aktar nies iżuruna fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fil-Kalkara."

Is-Sindku tal-Furjana Vincent Borg faħħar din l-inizjattiva u tenna li, “Huwa ta' sodisfazzjon li nara li l-komunità tagħna flimkien ma' lokalitajiet oħra nibbenefikaw minn proġetti bħal dawn. B'hekk il-familji jkunu jistgħu jgawdu minn dawn is-sett ta' esebiti u japprezzaw aktar l-użu tax-xjenza fil-ħajja ta' kuljum."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurati esebiti tal-Percussion Play li se jitgawdew mill-pubbliku u jsaħħu l-użu tax-xjenza fil-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurati esebiti tal-Percussion Play li se jitgawdew mill-pubbliku u jsaħħu l-użu tax-xjenza fil-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurati esebiti tal-Percussion Play li se jitgawdew mill-pubbliku u jsaħħu l-użu tax-xjenza fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow