ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FI ĦDAN FESTIVALS MALTA
pr221134
06/09/2022
ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FI ĦDAN FESTIVALS MALTA
FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA’ “JUM IL-VITORJA” 2022
It-Tlieta, 6 ta' Settembru 2022
Serata Kommemorattiva f'Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta
| 18.45 | Wasla tal-mistidnin distinti |
| 18.58 | Wasla tal-Prim Ministru Robert Abela |
| 19.00 | Serata Kommemorattiva. Matul is-serata jsir diskors tal-okkażjoni mis-Sa Maria Camilleri. Fl-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta' tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, persuni distinti u korpi kostitwiti. |
L-Erbgħa, 7 ta' Settembru 2022
Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Matriċi, Konventwali u Kolleġjata ta' San Lawrenz L.M. , Vittoriosa.
| 18.17 | Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati |
| 18.21 | Wasla tal-Prim Ministru Robert Abela |
| 18.25 | Wasla tal-President ta' Malta George Vella |
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur
18.30 Quddiesa Pontifikali
“JUM IL-VITORJA"
Il-Ħamis, 8 ta' Settembru 2022
| 10.00 | Tqegħid ta' kuruna mill-President ta' Malta George Vella, akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta. |
| 11.00 | Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f'forti Sant'Anġlu, mal-monument tal-Vitorja, il-Birgu, mal-monument ta' Malta Rebbieħa fl-Isla, u wara fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija. |
| 13.00 | Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946