Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI 39 kunsill lokali jibbenefikaw minn fondi għal attivitajiet f'World Cleanup Day 2022

pr221130
Date Icon 05/09/2022

Fil-Ġnien taċ-Ċiniżi f'Santa Luċija tħabbru dettalji dwar inizjattiva mal-kunsilli lokali fl-okkażjoni ta' World Cleanup Day li tiġi ċċelebrata kull sena f'diversi pajjiżi madwar id-dinja. Din is-sena din il-ġurnata ser tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt, 17 ta' Settembru.

39 kunsill lokali bbenefikaw minn fond ta' madwar €97,000 sabiex jorganizzaw attivitajiet ta' tindif u ġbir ta' skart fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-fondi ġew iffinanzjati mid-Direttorat għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni fi ħdan id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali wara li nħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għall-kunsilli lokali u reġjonali.

Il-kunsilli lokali l-aktar li huma viċin tar-residenti. Għaldaqstant, l-għan ewlieni ta' din l-inizjattiva huwa li l-kunsilli jgħaqqdu l-komunitajiet rispettivi tagħhom sabiex isir tindif li permezz tiegħu l-lokalitajiet Maltin u Għawdxin jingħataw dehra aktar nadifa.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li, “Permezz ta' din l-inizjattiva ser inkunu qed niġġeneraw aktar għarfien u kuxjenza dwar il-ħtieġa li postijiet pubbliċi jinżammu ndaf filwaqt li nwasslu messaġġ lis-soċjetà li investiment fl-indafa huwa investiment f'saħħitna."

Hija ħeġġet lill-kunsilli lokali biex jistiednu għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħrajn fil-lokalità biex jingħaqdu flimkien għal dawn l-attivitajiet.

Id-Direttur Ġenerali għad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali Natalino Attard spjega li, “Din l-okkażjoni tista' wkoll tkun waħda fejn il-kunsilli lokali jservu ta' mezz fejn jinvolvu l-komunità kollha fl-attivitajiet li ser jorganizzaw."

“Nawgura kull suċċess lill-kunsilli lokali fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi f'World Cleanup Day li se jwasslu għal ambjent aktar nadif fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom," ikkonkludiet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow