Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitħabbru diversi attivitajiet f’Għawdex għax-xahar ta’ Settembru

pr221118
Date Icon 01/09/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar għadd ta' attivitajiet li se jittellgħu f'Għawdex dan ix-xahar bħala parti mill-kalendarju kulturali Għawdxi li sar sinonimu ma' dawk kollha li jżuru l-gżira.

Il-ministru qal li, “F'Għawdex qed naħsbu biex norganizzaw avvenimenti mhux biss fix-xhur tas-sajf iżda matul is-sena kollha. Uħud minnhom huma ġodda u oħrajn issa ħadu posthom fil-kalendarju kulturali Għawdxi. Illum proprju qegħdin inħabbru l-attivitajiet prinċipali għax-xahar ta' Settembru, xahar li jġib fi tmiemu s-sajf, iżda li ħsibna wkoll sabiex ikun xahar mimli serati mmirati għal kulħadd, biex jattira diversi viżitaturi."

L-attivitajiet jiftħu għada, 2 ta' Settembru, fil-Pjazza tal-Qala fejn se tittella' lejla tal-mużika House of Blues filwaqt li fid-9 u fl-10 ta' Settembru se jittella' l-ewwel festival mużikali mifrux fuq jumejn f'Għawdex – il-Levant Gozo Music Fest, li aktar dettalji dwaru se jitħabbru din il-ġimgħa.

Fil-11 ta' Settembru, l-għaqda nar u armar ta' Santa Luċija se jorganizzaw Family Funderland b'attivitajiet għall-familja kollha speċjalment għat-tfal. Fit-12 ta' Settembru l-Imġarr Marina se tittella' s-7 edizzjoni ta' Stage and Proms on the Sea, kunċert spettakolari minn The Gozo Wind Band.

Fis-16 ta' Settembru se jsir il-Fontana Wine Festival organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana, filwaqt li fis-17 ta' Settembru se jkun hemm il-Wine, Olive Oil and Honey Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għasri.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala se jtella' l-Qala International Folk Fest bejn is-16 u t-18 ta' Settembru u fit-22 ta' Settembru fi Pjazza San Franġisk ir-Rabat Għawdex wieħed se jkun jista' jgawdi vjaġġ nostalġiku mużikali, b'kanzunetti Maltin u barranin mis-snin sebgħin sa issa, bis-sehem ta' kantanti Għawdxin.

Il-Ministru Clint Camilleri rringrazzja lid-Direttorat tal-Kultura li jieħu ħsieb ħafna mill-organizzazzjoni ta' dawn l-attivitajiet. Huwa temm jgħid li l-għajnuna finanzjarja li tingħata mill-gvern isservi biex il-kalendarju kulturali jkompli jissaħħaħ b'aktar attivitajiet li jkomplu jattiraw lejn Għawdex il-Maltin u t-turisti matul is-sena kollha.

Għal aktar dettalji dwar dawn l-attivitajiet u oħrajn wieħed jista' jżur https://issuu.com/visitgozo/docs/summer_events_in_gozo_booklet

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitħabbru diversi attivitajiet f’Għawdex għax-xahar ta’ Settembru
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow