Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Iffirmar ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika

pr221092
Date Icon 23/08/2022

Fi Frar 2016, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) iffirmaw l-ewwel Memorandum ta' Kooperazzjoni bilaterali bejniethom bil-għan prinċipali li jifformalizzaw il-kollaborazzjoni fuq materji ta' interess reċiproku. 

Dan il-ftehim iffaċilita l-bdil ta' informazzjoni u data bejn iż-żewġ entitatijiet, dejjem fil-parametri tal-valuri fundamentali ta' indipendenza u kunfidenzjalità.  Essenzjalment, dan il-memorandum jirrifletti ir-Reżoluzzjoni tal-Kumitat ta' Kuntatt (CC-R-2012-02) dwar il-kooperazzjoni li għandu jkun hemm bejn l-entitajiet nazzjonali ta' verifika, bħall-NAO, u l-Eurostat u istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika.

Meta dan l-ewwel memorandum kien wasal biex jiskadi, iż-żewġ entitatijiet ftehmu li jerġgħu jinnegozjaw ftehim aġġornat kif jixraq, li jirrifletti r-realitajiet u ċ-ċirkostanzi ta' dawn iż-żminijiet. Wara diskussjonijiet estensivi, memorandum ġdid ġie ffirmat illum minn Charles Deguara, Awditur Ġenerali, u Etienne Caruana, Direttur Ġenerali tal-NSO, fil-preżenza ta' Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali, u Dr Carl Noel Camilleri, Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Istatistika, Owen Grech, Direttur Statistika Ekonomika, u Mark Galea, Kap tas-Sezzjoni tal-Finanzi Pubbliċi għall-NSO.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Iffirmar ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Iffirmar ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow