Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-mudell 3D tal-bronż taċ-Ċittadella – l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin

pr221091
Date Icon 23/08/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura l-monument tal-bronż taċ-Ċittadella b'valur ta' €80,000 li huwa wkoll l-ewwel mudell tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin.

Il-Ministru Camilleri qal li l-mudell, li jinsab fuq iċ-Ċentru tal-Viżitaturi, “hu oġġett ta' sbuħija fih innifsu għal kull min iżur iċ-Ċittadella, xi ħaġa li għandha ttejjeb l-esperjenza ta' kull żjara fiċ-Ċittadella. L-iskrizzjonijiet fil-ġnub tal-monument jinkludu storja qasira taċ-Ċittadella, bil-Malti, bl-Ingliż u bil-Braille. Dan ikompli jikkumplimenta l-għan tal-Gvern li ntejbu l-aċċessibbiltà fil-postijiet kulturali tagħna b'kull mod." Huwa sostna li permezz ta' dan il-proġett qed ikompli jintwera li ċ-Ċittadella hu post storiku ħaj li qed jibqa' jevolvi u li jibqa' jagħti l-aqwa prodott lil dawk kollha li jżuruna.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur għall-Wirt Kulturali John Xuereb stqarr li minn issa 'l quddiem is-sbuħija taċ-Ċittadella mhux se tibqa' moħbija għal min hu nieqes mid-dawl. Dan filwaqt li spjega kif matul il-proċess kollu saru konsultazzjonijiet kemm mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kif ukoll mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. Il-Braille sar bl-appoġġ tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika.

Il-Perit Matthew Joseph Casha spjega li l-mudell tal-bronż inizzjalment sar fil-plastik permezz ta' scan 3D preċedenti taċ-Ċittadella li kien sar mill-Prof. Saviour Formosa mill-Università ta' Malta. Il-mudell artistiku 3D fil-plastik, ta' madwar 160cm kwadrat, ġie stampat, u ntbagħat lid-Domus Dei Fonderia Artistica 1963 f'Ruma biex isir fil-bronż.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lill-ħaddiema tar-Restoration Unit u tal-Uffiċċju Amministrattiv taċ-Ċittadella, ilkoll fi ħdan id-Direttorat għall-Wirt Kulturali li ħadmu l-pedestall tal-ġebel kif ukoll lil kull min ta sehmu biex dan il-proġett seta' jkun possibbli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-mudell 3D tal-bronż taċ-Ċittadella – l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-mudell 3D tal-bronż taċ-Ċittadella – l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-mudell 3D tal-bronż taċ-Ċittadella – l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-mudell 3D tal-bronż taċ-Ċittadella – l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow