Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Malta Taxidermy Federation Competition – il-pubbliku qed jingħata wkoll l-opportunità li jara u japprezza dak li toffri l-arti tal-ibbalzmar

pr221085
Date Icon 21/08/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar il-wirja ta' diversi speċi ta' tajr u animali bbalzmati li kienu parti minn kompetizzjoni organizzata mill-Malta Taxidermy Federation. Huwa fetaħ is-serata ta' premjijiet f'din it-tielet edizzjoni ta' kompetizzjoni tal-ibbalzmar fejn il-pubbliku qed jingħata l-opportunità li jara b'għajnejh u japprezza dak li toffri din l-arti.

Il-Malta Taxidermy Federation organizzat din il-kompetizzjoni biex toffri opportunità lid-dilettanti sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom għaliex ix-xogħol jiġi ġġudikat minn ġurija professjonali b'esperjenza internazzjonali. Il-Ministru Clint Camilleri qal, “Dan joffri wkoll esperjenza għal meta dak li jkun jipparteċipa f'kompetizzjonijiet barra minn xtutna fejn balzmaturi Maltin dejjem imorru tajjeb. Kull min iżur il-wirja jista' jinnota li x-xogħol esebit huwa ta' livell tajjeb ħafna". Fil-fatt, il-ġudikanti barranin tal-kompetizzjoni kienu impressjonati ferm bix-xogħol artistiku u l-livell għoli tal-balzmaturi Maltin, speċjalment b'dak tat-tajr. Ingħad li l-ġurija tidħol f'dettall kbir sabiex tagħżel ir-rebbieħa.

Bħal f'kull pajjiż ieħor fl-Ewropa, illum il-ġurnata f'Malta l-ibbalzmar sar meqjus bħala arti. Fid-delizzju tal-ibbalzmar huwa biss persentaġġ żgħir tal-ispeċi li jiġu minn kaċċa. Fil-fatt f'din l-esibizzjoni, il-maġġoranza tal-esebituri ġejjin mit-trobbija fil-magħluq jew saħansitra kienu miżmuma bħala pets. L-esebiti kienu kollha meħudin legalment fil-Gżejjer Maltin jew fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom, u dawk li ma ttiħdux fil-Gżejjer Maltin ġew impurtati b'mod legali ukoll.

Fil-każ ta' speċi kkaċċjati, il-laħam issajjar u ttiekel u bħala xhieda ta' dan. Waqt din il-kompetizzjoni il-pubbliku kellu l-opportunità li jara b'għajnejh tajra tiġi mnaddfa u bbalzmata waqt li l-laħam tagħha jkun qed jiġi msajjar. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li l-ministeru dejjem kien ta' għajnuna għall-Malta Taxidermy Federation u l-membri tagħha u kommess li jibqa' jsir dan. Huwa temm billi awgura lill-esebituri kollha li qed jieħdu sehem.

Il-wirja u kompetizzjoni ta' għasafar u annimali bbalzmati bdiet nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Awwissu, u se tintemm illum, il-Ħadd, fit-8pm fiċ-ċentru Parrokkjali Marija Bambina fin-Naxxar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Malta Taxidermy Federation Competition – il-pubbliku qed jingħata wkoll l-opportunità li jara u japprezza dak li toffri l-arti tal-ibbalzmar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Malta Taxidermy Federation Competition – il-pubbliku qed jingħata wkoll l-opportunità li jara u japprezza dak li toffri l-arti tal-ibbalzmar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Malta Taxidermy Federation Competition – il-pubbliku qed jingħata wkoll l-opportunità li jara u japprezza dak li toffri l-arti tal-ibbalzmar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Malta Taxidermy Federation Competition – il-pubbliku qed jingħata wkoll l-opportunità li jara u japprezza dak li toffri l-arti tal-ibbalzmar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow