Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex

pr221072
Date Icon 15/08/2022

L-Aġent President, il-Professur Frank Bezzina, żar il-Wirja tal-Biedja u Snajja' fil-ġonna ta' Villa Rundle f'Għawdex. F'kelmtejn tal-okkażjoni, l-Aġent President irrimarka li sa mill-bidu tagħha fl-1855, din il-wirja kienet u baqgħet ċelebrazzjoni tal-prodott u t-talent Malti.

Huwa appella biex il-prodotti agrikoli u artiġjanali Maltin jingħataw prominenza u spazju akbar biex jikkompetu b'mod ekwu mal-prodotti barranin. “Aħna bħala konsumaturi, nistgħu wkoll nagħmlu l-parti importanti tagħna billi nfittxu prodotti mkabbra u maħduma f'pajjiżna," qal l-Aġent President.

Il-Wirja tal-Biedja u Snajja' ġiet organizzata mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali, u Kulturali t'Għawdex flimkien mal-Ministeru għal Għawdex. L-Aġent President Bezzina sellem u rringrazzja lil Victoria Boy Scouts u x-Xagħra Scouts tal-gwardja tal-unur u lill-gruppi folkloristiċi Għawdxin tas-sehem tagħhom. Irringrazzja wkoll lit-tfal u ż-żgħażagħ li ħadu sehem fil-kantalieni u lil għadd kbir ta' ħaddiema u voluntiera li ħadmu biex dan l-avveniment tradizzjonali jkun suċċess.

L-Aġent President Bezzina feraħ lir-rebbieħa ta' din is-sena.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow