Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Statistika dwar servizzi governattivi mogħtija lill-pubbliku

pr221034
Date Icon 03/08/2022

Fit-tieni kwart tas-sena, ġew irreġistrati ftit inqas minn 80,000 żjara fit-tnejn u għoxrin ċentru reġjonali u fit-tliet ċentri tekniċi ta' servizz.gov f'Malta. L-iktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu dawk tal-Qawra, tal-Mosta u taż-Żejtun.

Min-naħa l-oħra, l-iktar ċentru tekniku li laqa' persuni kien dak tat-Taxpayer Service servizz.gov. F'dan il-kwart tas-sena ġew irreġistrati 13,272-il żjara.

Matul April, Mejju, u Ġunju l-Freephone 153 wieġeb total ta' 199,694 telefonata. L-ikbar numru ta' mistoqsijiet kienu dwar Tax Return u fuq iċ-Ċekk tar-Rifużjoni tat-Taxxa.

Ħarsa lejn il-one-stop-shop online turi li s-sit elettroniku www.servizz.gov.mt baqa' mfittex mill-klijenti ta' servizz.gov. Fil-fatt, fit-tieni kwart tas-sena, il-klijenti ta' servizz.gov aċċessaw is-sit 327,686-il darba.

In-numru totali ta' downloads ta' mobile apps permezz tal-maltapps launcher kien 8,944. L-iktar app popolari kienet MT Health Entitlement, li tniżżlet 2,141 darba.

Min-naħa l-oħra ntbagħtu 17,162 ittra elettronika lil servizz@gov.mt, filwaqt li Ġunju kien l-aktar xahar li fih l-aġenzija rċeviet ittri elettroniċi.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika uffiċjali miġbura mill-aġenzija servizz.gov għat-tieni kwart tas-sena 2022.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow