AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma baħar u qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema, kif indikat:
Malta – Balluta (Madwaril-klabb tal-Waterpolo), Sliema (Kodiċi tas-Sit B 08).
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:00 ta' filgħodu sat-3:00 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt, wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku jista' wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook
http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946